Lokali Qorti

Niġerjan miżmum arrestat fuq akkużi ta’ falsifikazzjoni

Tony Idahosa, Niġerjan ta’ 42 sena, inżamm arrestat wara li ġie mressaq il-Qorti b’akkużi li hu ffalsifika dokumenti uffiċjali, fost oħrajn passaport Niġerjan, dokument ta’ residenza Taljan u karta tal-identità Taljana.

In-Niġerjan għamel użu ta’ dawn id-dokumenti fl-ajruport.

Ma kienx hemm talba għall-ħelsien mill-arrest, u sussugwentament inżamm arrestat.

Ikkummenta