Lokali

AĠĠORNATA: Darren Borg huwa r-raġel li tilef ħajtu wara li waqa’ l-baħar fl-inħawi tal-Imtaħleb

Dak li kien id-delizzju tiegħu…. sfortunatament kellu jiswilu hajtu.

Darren Borg ta’ 29 sena minn San Ġwann, sfortunatament tilef ħajtu waqt li kien qed jistad fiż-żona magħrufa bħala Għar id-Dwieb, fl-Imtaħleb, fil-limiti tar-Rabat.

Din iz-zona hija wahda rinomata ferm ma’ għadd ta’ sajjieda li jmorru jistadu fuq l-irdumijiet. 

Immedjati kienu l-messaġġi ta’ dieqa fuq il-media soċjali fosthom ta’ oħtu fejn iddeskriviet lil ħuha bħala bniedem tal-affari tiegħu u dejjem bit-tbissima fuq fommu. Min-naħa l-oħra l-kuġina tiegħu kitbet li Darren kien l-iżjed membru tal-familja uimli, b’qalb kbira u onest.

Darren tilef ħajtu għall-ħabta tat-tmienja u nofs tal-Ħadd filgħodu. Il-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza taghħa minħabba li raġel waqa’ minn għoli minn fuq l-irdumijiet.

Immedjatament intalbet l-assistenza tal-Forzi Armati ta’ Malta, kif ukoll ta’ tim mediku mill-Isptar Mater Dei u membri tal-Protezzjoni Ċivili.

Fuq il-post intbagħtet patrol boat kif ukoll ħelikopter fejn bdiet operazzjoni ta’ salvataġġ biex jittella’ minn fejn waqa’. Ir-raġel tniżżel fit-triq ta’ fejn l-irdumijiet ta’ Ħad-Dingli, fejn ingħata l-ewwel għajnuna, iżda sfortunament ġie ċertifikat mejjet fuq il-post mit-tabib tal-emerġenza.

Għall-ħabta tal-ħdax waslet il-karozza tal-mejtin li ħadet lir-raġel il-kamra mortwarja fl-Isptar Mater Dei sabiex issir l-awtopsja.

Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Rachel Montebello, li marret fuq il-post sabiex tmexxi inkjesta, mgħejjuna minn diversi esperti li nħatru biex jassistu flinkjesta Maġisterjali.

L-investigazzjonijiet dwar dan l-inċident li qed jitmexxew mill-Pulizija tad-Distrett, għadhom għaddejjin.