Lokali Qorti

Refa’ idejh fuq martu għax kienet qed tara programm dwar il-vjolenza domestika

Raġel ġie akkużat li refa’ jdejh fuq martu wara li ordnaha biex tieqaf tara programm dwar il-vjolenza domestika.

Carmel Mallia, raġel ta’ 46 sena residenti Birkirkara, tressaq il-Qorti akkużat li kkaġuna ferita ta’ natura ħafifa, bi vjolenza domestika, theddid bil-mewt, fastidju fuq martu, li kiser ordni ta’ protezzjoni u l-kondizzjonijiet tal-bail li l-Qorti kienet imponiet fuqu għal reati simili fil-passat.

Mallia wieġeb mhux ħati għall-akkużi miġjuba kontrih. L-Ispettur Elton Taliana, għan-naħa tal-prosekuzzjoni spjega kif ir-raġel qal lill-mara biex tieqaf tara l-programm Xarabank għax il-programm jista’ jdaħlilha l-ideat ġo moħħha.

Wara li r-raġel refa’ jdejh fuqha, il-mara minnufih għamlet rapport lill-Puizija u ftit wara r-raġel ġie arrestat.

Il-qorti rrifjutat it-taba għall-ħelsien mill-arrest minħabba primarjament biex jitneħħa kull riskju li jkun hemm xi tip ta’ interferenza max-xhieda, u minħabba n-nuqqas ta’ fiduċja fl-akkużat li ma mexiex mal-kundizzjonijiet li kienu imposti fuqu.

Il-Maġistrat Dr. Rachel Montebello kien qed tippresedi l-każ.