Lokali

Sejba ta’ 20 kilo droga kannabis

Aktar kmieni dalgħodu, ħidma oħra mill-Pulizija mill-Iskwadra ta’ kontra d-Droga, irriżultat fl-arrest ta’ raġel ta’ 31 sena residenti Birkirkara.

F’din il-ħidma, il-Pulizija sabu mal-20 kilo ħaxixa tal-kannabis. Wara jiem ta’ osservazzjoni, dalgħodu l-Pulizija ċċirkondaw residenza u garaxx fit-Triq Ġużepp Xuereb, fis-Swatar. Mir-residenza ġie arrestat ir-raġel.

Minn tfittxija li saret fil-garaxx, instabet id-droga, li kienet kemm fil-garaxx stess u kif ukoll f’karozza li kien hemm ġewwa l-istess garaxx. Instab ukoll taser gun u arma li taqta’ u bil-ponta. Ir-raġel mistenni jitressaq il-Qorti għada u jkun akkużat bil-pussess tad-droga mhux għallużu esklussiv tiegħu u li kellu fil-pussess tiegħu strument li jaqta’ u bil-ponta u taser gun mingħajr il-liċenzja tal-Pulizija.

Tags