Lokali

Arrestat raġel b’rabta ma’ serqa fil-Fgura

Raġel ta’ 38 sena minn Bormla ġie arrestat b’rabta ma’ serqa li twettqet sbieħ l-ewwel tas-sena fil-Fgura.

L-arrest wasal wara l-ħidma sfieqa mill-Iskwadra ta’ Kontra r-Reati Vjolnti fi ħdan id-Dipartiment tal-Investigazzjonijiet Kriminali sabiex ġie identifikat il-Bormliż u miżmum għal aktar investigazzjonijiet.

Il-każ seħħ nhar l-1 ta’ Jannar, 2020 – fi Triq Vjal Kottoner f’ristorant fil-Fgura. Mill-ewwel indikazzjonijiet il-ħalliel daħal fl-istabbiliment armat b’arma li taqta’ u bil-ponta, u seraq ammont ta’ flus kontanti u cheque minn ġol-cash register. Hekk kif ha l-flus u cheque, il-ħalliel minnufih ħarab minn fuq il-post.

Waqt is-serqa kien hemm sid ir-restaurant, raġel ta’ 68 sena resident l-Fgura stess. Fortunatament, ħadd ma weġġa’ f’dan il-każ.