Internazzjonali

El Salvador: ‘Intervent’ rari mis-suldati fil-Parlament

Numru ta’ suldati u pulizija armati daħlu fil-bini tal-Parlament f’San Salvador fejn insistew li l-Gvern japprova self ekwivalenti għal aktar minn 90 miljun ewro biex jiffinanzja tagħmir aħjar li bih ikunu jistgħu jikkonfrontaw il-gruppi kriminali fil-pajjiż li għandu wieħed mill-ogħla rati ta’ omiċidji fid-dinja.

L-intervent ‘mhux tas-soltu’ seħħ meta l-President tal-El Salvador, Nayib Bukele, kien se jibda diskors lid-deputati, bil-politiċi tal-Oppożizzjoni jfissru l-preżenza tal-irġiel armati fil-Parlament bħala ‘att ta’ intimidazzjoni bla preċedent’.

Ħafna mill-vjolenza f’El Salvador qed titwettaq mill-entitajiet involuti fl-attivitajiet kriminali madwar l-Amerika Ċentrali u l-President Bukele fl-aħħar sigħat ta ġimgħa żmien lid-deputati f’Sam Salvador biex jappoġġjaw il-pjan tas-self li ppreżenta huwa stess.

Meta ħa l-poter, Bukele kien wiegħed li jikkonfronta ‘il-wirt ikrah tal-korruzzjoni u vjolenza mill-gruppi kriminali’ f’pajjiżu.