Il-Kap tal-Partit CDU fil-Gvern, Annegret Kramp-Karrenbauer ħarġet bl-aħbar sorpriża li mhix se tmexxi aktar lil dan il-partit wara laqgħa li kellha mal-membri. F’din il-laqgħa hi rreferiet għal ‘elementi fi ħdan is-CDU li għandhom pożizzjoni ambigwa fir-rigward tal-politika estremista tal-lemin u x-xellug’.
Id-deċiżjoni ta’ Kramp-Karrenbauer tfisser li hi mhix se tipprova tieħu r-riedni tal-Ġermanja bħala s-suċċessur ta’ Angela Merkel fir-rwol ta’ Kanċillier.
Dan wara li Kramp-Karrenbauer , li laħqet Kap tas-CDU lejn l-aħħar tal-2018, kienet meqjusa bħala ‘favorita’ li ssir il-Kanċillier ġdid tal-Ġermanja fl-2021.
Is-CDU kien ikkritikat dwar ir-riżultat, jiem ilu, tal-elezzjoni polemikuża fl-Istat ta’ Thuringia fejn uħud mill-politiċi lokali tal-partit ivvutaw mal-estremisti (tal-lemin) tal-Partit AfD biex jistallaw lill-kandidat liberali Thomas Kemmerich bħala Prim Ministru reġjonali.
Wara, Kemmerich ħabbar ir-riżenja biex isiru elezzjonijiet ġodda f’Thuringia.
//= $special ?>