Lokali

Il-Kap tal-PN Adrian Delia jqatta’ l-festa ta’ San Pawl mal-Beltin

“Matul is-snin bħal ġrajja ta’ San Pawl, il-poplu Malti wera li minkejja il-maltemp kapaċi jqum u jimxi ‘l quddiem.”

Qal dan il-Kap tal-Partit Nazjzonalista li tkellem waqt xandira diretta fuq Net Television għall-okkażjoni tal-festa ta’ San Pawl fil-Belt Valletta.

Hu awgura mhux biss lill-Beltin iżda wkoll lil Maltin kif qal li l-festa ta’ San Pawl hi festa nazzjonali. Dan hekk kif l-10 ta’ Frar, li hu jum ta’ festa pubblika jfakkar l-ġrajja ta’ meta l-qaddis San Pawl wasal f’Malta u miegħu ġab il-Kristjaneżmu.

Hu għadda dawn il-kummenti ftit wara l-ħruġ tal-istatwa ta’ San Pawl. Adrian Delia beda dan il-jum billi attenda l-pontifikal u wara nofsinhar kien preżenti wkoll għall-marċ qalb il-Beltin.

Net Television ilu minn dalgħodu għaddej b’xandira diretta, inkluż tal-pontifikal konċelebrat mill-Arċisqof, Charles J. Scicluna li matul ġie mħabbar li l-Papa Franġisku se jżur pajjiżna fil-31 ta’ Mejju.

https://netnews.com.mt/2020/02/10/konfermata-il-papa-frangisku-se-jzur-pajjizna-fil-31-ta-mejju/