Lokali Qorti

Jinżammu taħt arrest akkużati b’serq u għażż

Żewġ żgħażagħ Somali ta’ 24 u 27 sena ġew miżmuma taħt arrest wara li tressqu l-Qorti akkużati li jumejn ilu serqu flus kontanti, mowbajl kif ukoll arloġġ b’valur ta’ aktar minn €3,000.

Iż-żewġt irġiel ġew akkużati wkoll li ħebbew għal barrani ieħor fejn saħansitra darbuh ħafif kif ukoll li għexu ħajja ta’ għażż u vagabundaġġ.

Dan filwaqt li wieħed minnhom spiċċa akkużat ukoll li huwa riċediv.

Filwaqt li ċaħdu l-akkużi miġjuba kontrihom, is-Somali ma ngħatawx il-ħelsien mill-arrest.