Lokali

L-Għawdxin maqsumin dwar Justyne Caruana

Ir-rizenja ta’ Justyne Caruana minn Ministru ghal Ghawdex holqot qasma fost l-elettorat laburista. U dan kien konfermat minn survey li sar mill-MaltaToday, u li d-dettalji tieghu gew ippubblikati fil-gazzetta tal-Hadd.

Is-survey juri li 41% tal-Laburisti ma jaqblux li Caruana kellha iccedi l-Ministeru taghha. Biex issa minflokha, dahal Clint Camilleri jmexxi l-Ministru ghal Ghawdex.

Dan is-survey juri kemm tal-Lejber huma maqsumin ezatt minn nofs dwar din is-sitwazzjoni li zviluppat f’Ghawdex.

Fil-fatt….huma biss 37.7 fil-mija il-votanti Laburisti illi jaqblu li hi kellha tirrizenja, wara li isem ir-ragel taghha kien implikat fi stejjer ta’ safar li jorbtuh ma’ Yorgen Fenech; l-allegat komplici fl-assassinju tal-gurnalista Daphne Caruana Galizia.

Wara li ismu ssemma’ fil-Qorti, l-eks Deputat Kummissarju Silvio Valletta kien issejjaħ fil-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija fil-Furjana biex jiġi interrogat.

Fil-mobile ta’ Yorgen Fenech saħansitra nstab filmat tal-istess Valletta jikkummiedja f’Rolls Royce u kien żvelat ukoll li siefer mal-imprenditur Malti.

Minn dakinhar, isem Silvio Valletta baqa’ jissemma’ ripetutament fil-Qorti, b’Melvin Theuma jiżvela li hu u Fenech kienu jirreferu għalih bħala Valletta l-Oħxon u wkoll li r-raġel ta’ Justyne Caruana u Keith Schembri kienu qed jgħaddu informazzjoni sensittiva dwar l-investigazzjoni lil Yorgen Fenech.L-eks Deputat Kummissarju, li kien ukoll membru fuq il-Bord tal-FIAU fiż-żmien meta kienu qed ikunu investigati l-kumpaniji sigrieti ta’ Keith Schembri u Konrad Mizzi, kien interrogat mill-Aġent Kummissarju Carmelo Magri u l-Assistent Kummissarju Kevin Farrugia.