Formula 1 Sport

Mercedes jiżvelaw id-disinn tal-karozza l-ġdida

(Ritratt: Mercedes)

Mercedes żvelaw id-dehra l-ġdida tal-karozza tagħhom għal dan l-istaġun. Huma qed iħarsu li jkomplu d-dominanza tagħhom fl-aħħar snin, bil-karozza tas-Silver Arrows ikollha l-introduzzjoni tal-kulur aħmar permezz tal-isponsor il-ġdid Ineos li se jkun fl-airbox u l-front wing.

Ineos li għandhom relazzjoni wkoll mal-ibburdjar u ċ-ċikliżmu fost sport ieħor, laħqu ftehim ta’ ħames snin ma’ Mercedes. Minbarra dawn iż-żidiet, id-disinn il-ġdid jibqa’ leali lejn il-kulur lewn il-fidda u t-tema tal-aħbar u l-iswed li jirrappreżentaw lil Mercedes fl-era hybrid tal-Formula 1.

Il-Kap tat-tim Toto Wolff insista li l-ftehim ġdid juri li Mercedes huma interessati li jibqgħu fil-Formula 1 għaż-żmien. Dan fil-perspettiva li t-tim għad ma għandux kuntratt għas-sena li ġejja iżda jinsabu f’negozjati mas-sidien tal-Formula 1 Liberty Media.

Din l-aħbar tibda ġimgħa impenjattiva fil-Formula 1 hekk kif diversi timijiet se jniedu l-karozza tagħhom, biż-żewġ sewwieqa ta’ Mercedes jiġifieri Lewis Hamilton u Valtteri Bottas, se jsuqu l-karozza W11 għall-ewwel darba fiċ-ċirkwit ta’ Silverstone. It-testijiet ta’ qabel l-istaġun jibdew fid-19 ta’ Frar f’Katalunja filwaqt li l-kampjonat jibda fil-15 ta’ Marzu f’Melbourne fl-Awstralja.