Ħolma kerha għal dawk li llejla qed jirritornaw lejn Malta wara tmiem il-ġimgħa itwal mis-soltu, hekk kif Għawdex jinsab imblukkat minn traffiku qawwi.
Dawk fil-kju, li jinsabu maqbuda f’Għawdex, tkellmu ma’ Net News u semmew ħin twil fil-kju lejn Malta mingħajr ma jiċċaqalqu.
Saħansitra hemm min jinsab maqbud qrib il-Gozo Stadium, fix-Xewkija.


