Sport Sport Ieħor

Vendecor jiddebutta b’rebħa fil-Premier

(Ritratt: Mike Orland)

Rapport: Kenneth Vella

Fl-okkażjoni tal-festa ta’ San Pawl, illum fil-korsa tal-Marsa saret il-ħames laqgħa tas-sena fuq disa’ tiġrijiet kollha tat-trott. Matulha kien hemm it-tkomplija tal-kampjonat Assikura għal żwiemel tal-klassi Gold fuq distanza qasira ta’ 2140m.

Dan permezz ta’ erba’ heats ohra minn dan il-kampjonat li minnhom 16-il żiemel ieħor għaddew għas-semifinali. Rodney Gatt temm l-aħjar sewwieq bi tliet rebħiet. Barra dan, il-laqgħa nkludiet ukoll tiġrija normali tal-klassi Premier fuq distanza twila ta’ 2640m u li ntrebħet mid-debuttant Franċiż Vendecor ta’ Mario Farrugia.

B’kollox tlettax-il żiemel ħadu sehem fit-tiġrija tal-aqwa klassi. Id-dritta finali tagħha żviluppat f’taqtigħa akkanita bejn tliet żwiemel fejn kien Vendecor li qasam il-linja finali l-ewwel b’nofs tul minn Udo’s Oiler (David Attard) u Dayenne Lane (Carmelo Farrugia). Żiemel ieħor ġdid minn Franza, Vancouver Keryvon (Herman McKay) temm fir-raba’ pożizzjoni.

Fl-ewwel heat Gold Rodney Gatt poġġa lil Foxy Brown quddiem meta l-ewwel żwiemel daru għad-dritta finali. Din l-Iżvediża ħadet l-ewwel rebħa staġjonali b’tul minn Janske (Charles Camilleri) u Campeone Vas (Daniel Hili). Hilda Nalan (Clint Vassallo) daħlet fir-raba’ post.

Il-Franċiż Tsunami ta’ Gilbert Farrugia rnexxielu jgħaddi lil Vent Du Der (Rodney Gatt) proprju fuq il-linja finali tat-tieni heat mill-istess kampjonat. U. Two Swing (Sam Cassar) u Aravis Roc (Paul Galea) għaddew ukoll għas-semifinali meta temmew warajhom f’dik l-ordni.

Fit-tielet heat Gold, attakk erbgħa fuq in-naħa ta’ barra matul l-aħħar 400 metru wassal lil Belmann (Clint Vassallo) biex jirreġistra l-ewwel rebħa f’Malta minn Univers De Suce (Kurt Saliba). Thoury Le King (Paul Galea) u Aruna Des Jacquets (Noel Baldacchino) kellhom ukoll wirja tajba.

Best Of Sly (Rodney Gatt) li kien għal ħafna metri quddiem waqt ir-raba’ u l-aħħar heat Gold, ċeda kollox f’nofs id-dritta finali. Dan meta nqabeż mid-debuttant Ange Du Palais (Kurt Saliba) li temm rebbieħ b’Oliwer Hip (Noel Baldacchino) u Uriako De Villiere (Shaun Portelli) ikunu l-aħħar żwiemel li jagħmluha għall-fażi li jmiss.

Ir-riżultati kollha

I Tiġrija Klassi Copper. Dist – 2640m. 1. French Yankee (R. Gatt) Ħin – 3.32.6” (1.20.5”) 2. Diane Royale (C. Camilleri) 3. Feline Pan (M. Ellul) 4. Jamar Noa (F. Abdilla)

II Tiġrija Klassi Copper. Dist – 2640m. 1. Elegant Du Pont (C. Degiorgio) Ħin – 3.29.2” (1.19.2”) 2. Qurieux Du Ponchet (N. Baldacchino) 3. Urgande Nay (C. Cassar) 4. Crack Des Lanciers (J. Attard)

III Tiġrija Klassi Silver. Dist – 2640m. 1. Baqualito Mag (N. Baldacchino) Ħin – 3.25.3” (1.17.8”) 2. Bellina De L’Odon (R. Gatt) 3. Midnight Passion (E. Bezzina) 4. Wies Buitenzorg (C. Grech)

IV Tiġrija Heat Kampjonat Assikura. Klassi Gold. Dist – 2140m. 1. Foxy Brown (R. Gatt) Ħin – 2.43.2” (1.16.2”) 2. Janske (C. Camilleri) 3. Campeone Vas (D. Hili) 4. Hilda Nalan (C. Vassallo)

V Tiġrija Heat Kampjonat Assikura. Klassi Gold. Dist – 2140m. 1. Tsunami (G. Farrugia) Ħin – 2.44.9” (1.17.1”) 2. Vent Du Der (R. Gatt) 3. U. Two Swing (S. Cassar) 4. Aravis Roc (P. Galea)

VI Tiġrija Heat Kampjonat Assikura. Klassi Gold. Dist – 2140m. 1. Belmann (C. Vassallo) Ħin – 2.45.9” (1.17.5”) 2. Univers De Suce (K. Saliba) 3. Thoury Le King (P. Galea) 4. Aruna Des Jacquets (N. Baldacchino)

VII Tiġrija Klassi Premier. Dist – 2640m. 1. Vendecor (M. Farrugia) Ħin – 3.23.5” (1.17.1”) 2. Udo’s Oiler (D. Attard) 3. Dayenne Lane (C. Farrugia) 4. Vancouver Keryvon (H. McKay)

VIII Tiġrija Heat Kampjonat Assikura. Klassi Gold. Dist – 2140m. 1. Ange Du Palais (K. Saliba) Ħin – 2.43” (1.16.2”) 2. Best Of Sly (R. Gatt) 3. Oliwer Hip (N. Baldacchino) 4. Uriako De Villiere (Shaun Portelli)

IX Tiġrija Klassi Silver. Dist – 2640m. 1. Coetquidan (R. Gatt) Ħin – 3.24.8” (1.17.6”) 2. Global Taxevation (J. Spiteri) 3. Aubrac Du Rib (C. Cassar) 4. Baby Black D’Erah (P. Spiteri)