Futbol Sport

Dembele sitt xhur barra mill-azzjoni

(Ritratt: EPA)

Il-winger ta’ Barcelona Ousmane Dembele se jkollu jagħmel madwar sitt xhur barra mill-azzjoni wara li għamel operazzjoni b’suċċess fil-hamstring. Il-plejer ta’ 22 sena ilu ma jilgħab mis-27 ta’ Novembru meta weġġa’ fl-ewwel taqsima tar-rebħa ta’ 3-1 fil-UEFA Champions League kontra Borussia Dortmund.

Dembele kien qed jirkupra fl-aħħar ġimgħa iżda ggrava l-injury li kellu l-ġimgħa l-oħra fit-taħriġ u għamel l-operazzjoni fil-Finlandja l-ġimgħa qabel. Il-Franċiż hu mistenni wkoll li jitlef il-Kampjonat Ewropew li jibda fis-16 ta’ Ġunju.

Ousmane Dembele ngħaqad ma’ Barcelona mingħand Borussia Dortmund f’Awwissu tal-2017 għal somma ta’ €105 miljuni li potenzjalment tista’ titla’ b’€40 miljun ieħor. Hu skorja 19-il gowl minn 74 logħba fil-kompetizzjonijiet kollha. F’dan l-istaġun hu lagħab biss tliet logħbiet sħaħ.