Lokali Parlament

Ebda stqarrija ministerjali dwar l-iskandlu tal-overtime fil-Korp tal-Pulizija

Adrian Delia jitlob għall-aktar informazzjoni dwar dan l-iskandlu fil-Parlament

Ebda stqarrija ministerjali mill-Ministru tal-Intern, Byron Camilleri, dwar l-iskandlu tal-overtime fit-taqsima tat-traffiku fil-Korp tal-Pulizija żvelat aktar kmieni llum.

Huwa kien qiegħed iwieġeb mistoqsija tal-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista, Adrian Delia, fil-ħin tal-istqarrija ministerjali, dwar x’informazzjoni se jgħaddi lill-Kamra u x’azzjonijiet qed jittieħdu.

Il-Ministru qal li jifhem li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin, b’numru ta’ Pulizija tat-traffiku ssejħu għall-interrogazzjoni, u jkunu l-Qrati mbagħad li jiddeċiedu l-eżitu ta’ dan il-każ, li skont Camilleri kien involut whistleblower.

Aktar kmieni, il-Ministru tal-Intern Byron Camilleri, lanqas kien jaf kemm hemm uffiċjali involuti u, meta kien mistoqsi dwar dan ir-racket, filwaqt li naqas milli jwieġeb x’azzjoni se tittieħed fil-konfront ta’ dawn l-uffiċjali tal-Pulizija.