Futbol Sport

Klinsmann jirriżenja minn kowċ ta’ Hertha Berlin

(Ritratt: EPA)

Jurgen Klinsmann irriżenja minn kowċ ta’ Hertha Berlin wara biss xahrejn u nofs fit-tmexxija, bir-raġuni prinċipali jidher li hu n-nuqqas ta’ sapport mill-klabb. Klinsmann se jħalli lit-tim fl-14-il post fil-Bundesliga, sitt punti fuq iż-żona tar-relegazzjoni. Hu se jkun qed jirritorna fl-irwol li kien qabel fih, fil-bord tal-klabb.

Il-Ġermaniż ta’ 55 sena ħa t-tmexxija tat-tim f’Novembru tas-sena l-oħra iżda rebħu biss logħba minn ħamsa fil-kompetizzjonijiet kollha, fosthom eliminazzjoni mid-DFB Pokal kontra Schalke. Alexander Nouri flimkien mal-istaff tekniku preżenti se jieħu t-tmexxija tat-tim. Il-General Manager tal-klabb Michael Preetz ammetta li kien sorpriż bl-aħbar. Hu qal li ma kienx hemm sinjal ta’ din id-deċiżjoni anki għaliex fis-suq tat-trasferimenti, Hertha Berlin kienu attivi.