Stqarrija qarrieqa tal-Gvern b’akkużi infondati fil-konfront tal-Oppożizzjoni ġiet imċanfra mill-iSpeaker Anġlu Farrugia f’ruling li ta fil-bidu tas-seduta tat-Tlieta fuq talba ta’ protezzjoni tal-Viċi Kap tal-Partit Nazzjonalista għall-Affarijiet Parlamentari, David Agius.
L-istqarrija ġiet ippubblikata mid-Dipartiment tal-Informazzjoni nhar l-Erbgħa li għadda fit-3.35pm u tgħid li l-Oppożizzjoni ma kellha ebda rispett lejn ruling tal-iSpeaker dwar l-aġenda tal-Kumitat tal-Kontijiet Publiċi b’rabta mal-kuntratt favoluż ta’ €80,000 fis-sena tal-Awtorità tat-Turiżmu lill-eks-Ministru tat-Turiżmu, Konrad Mizzi.
Iżda r-ruling tal-iSpeaker ngħata 25 minuta wara li ġiet mibgħuta din l-istqarrija u kien għalhekk li l-iSpeaker, wara li anki segwi l-aġir tal-Oppożizzjoni fl-istess Kumitat, li tlaqqa’ qabel is-seduta tal-Erbgħa li għadda, innega din l-istqarrija u saħaq li l-Oppożizzjoni fl-ebda ħin ma injorat ir-ruling tiegħu.
//= $special ?>