Lokali Qorti

Mixli b’serq minn ħanut tal-ħaxix u li huwa reċediv

Raġel ta’ 34 sena minn Ħal-Kirkop ġie mixli li fit-2 ta’ Diċembru li għadda għall-ħabta tas-2.20 am. ikkommetta serqa minn ħanut tal-ħaxix li jinsab fi Triq San Pietru fl-istess lokalità.

Eman Ebejer li jinsab il-ħabs fuq reati oħrajn wieġeb mhux ħati tal-akkużi miġjubin kontrih fejn huwa ġie mixli wkoll li sar reċidiv fuq reati oħra li kkommetta. Is-serqa stmata hija ta’ madwar mitt ewro.

Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Trevor Micallef filwaqt li l-Avukat tal-Għajnuna Legali Victor Bugeja deher għal Ebejer.