Edukazzjoni Lokali Parlament

Owen Bonnici jgħid li kien bullied meta kien żgħir

Jammetti li mhux qed isir biżżejjed fl-iskejjel dwar dan

Fil-ħin tal-mistoqsijiet parlamentari, l-eks-Ministru tal-Ġustizzja, li fid-dekasteru tiegħu kellu d-Dipartiment tat-Tindif, u issa l-Ministru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol, Owen Bonnici, stqarr li huwa kien bullied meta kien żgħir.

Huwa kien qiegħed iwieġeb mistoqsija supplementari tal-eks-Segretarju Parlamentari Laburista, Anthony Agius Decelis, dwar il-vjolenza domestika fl-iskejjel. Huwa wieġeb li mhux qed isir biżżejjed fl-iskejjel b’rabta mal-bullying u d-domestika vjolenza.