Għall-jum Ewropew iddedikat lin-numru ta’ emerġenza, numru ta’ uffiċjali tal-Pulizija, tal-armata u l-Protezzjoni Ċivili taw lezzjoni lit-tfal tal-iskola Primarja tal-Fgura dwar x’inhu n-numru 112.
It-tfal ingħataw spjegazzjonijiet dwar is-sitwazzjonijiet li fihom jista’ jintuza dan in-numru, kif ukoll ir-responsabbiltà li għandek meta inti tuża n-numru 112.
Tul din l-attività fil-Fgura ingħata wkoll aktar tagħrif dwar l-app 112mt. App li tagħti informazzjoni dwar in-numru wieħed wieħed tnejn. Infatti din l-app fl-aħħar sena ġiet mniżżla aktar minn elf darba, u hija l-aktar app popolari fil-Maltapps.
Fuq in-numru ta’ emerġenza 112 jidħlu aktar minn 500 telefonata kuljum, b’aktar min-nofshom ma jkunux għal skopijiet ta’ emerġenza.
Ritratti ta’ Martin Agius



