Anzjan ta’ 67 sena ġie kkundannat sentejn ħabs sospożi għal sentejn wara li ammetta li f’Jum San Pawl li kkommetta attentat ta’ ferità gravi fuq l-eks mara ta’ ibnu. Huwa ġie mmultat ukoll €500 mill-Maġistrat Nadine Lia.
Salvu Dalli miż-Żurrieq iżda residenti Ħal Għaxaq ammetta li huwa kellu xi jgħid mal-mara fuq xi oġġetti li kien qed jallega li huma tiegħu, u li hi ma tridx tagħtiomlu. Huwa ammetta li mar fir-residenza tagħha fiż-Zejtun u hemm aggrediha b’mus.
Il-ħati li daħal fl-awla bil-bastun kien qed jiġi mgħejjun mill-Avukat Lennox Vella waqt li l-Qorti bdiet tfiehmu l-konsegwenzi jekk jisker xi waħda mill-kundizzjonijiet imposti fuqu, fosthom il-ħruġ ta’ ordni ta’ protezzjoni għall-perjodu ta’ tliet snin biex ma jersaqx jew jkellem lill-vittma. Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Trevor Micallef.
//= $special ?>