Futbol Sport

Szczesny iġedded il-kuntratt sal-2024

(Ritratt: EPA)

Juventus ħabbru li l-gowlkiper Pollakk Wojciech Szczesny ġedded il-kuntratt tiegħu b’erba’ snin. Il-kuntratt preżenti ta’ Szczesny kien jiskadi fit-30 ta’ Ġunju tal-2021. Il-gowlkiper ta’ 29 sena ingħaqad ma’ Juventus fl-2017 mingħand Arsenal. Fiż-żewġ staġuni preċidenti hu kien b’self ma’ Roma mingħand Arsenal.

F’dan il-perjodu hu ħalla impressjoni tajba fil-kampjonat Taljan tant li Juventus urew ix-xewqa li jiksbu il-firma tiegħu u għamlu dan għas-somma ta’ €11- il miljun. Szczesny kien riserva ta’ Gianluigi Buffon fl-ewwel staġun tiegħu u fl-istaġun li għadda kien il-gowlkiper numru wieħed. Sa issa lagħab 84 logħba ma’ Juventus u rebaħ il-kampjonat Taljan darbtejn, darba l-Coppa Italia u darba s-Supercoppa Italiana.