Il-Kamra tal-Avukati f’laqgħa mal-Ministru tal-Ġustizzja Edward Zammit Lewis sostniet li taqbel ma’ diversi punti li jinsabu fir-rapport tal-Kummissjoni Venezja. Infatti, l-punt tat-tluq tal-istess laqgħa kien dwar ir-riforma fil-ħatriet tal-ġudikatura – ħatriet minn Gvern Laburista li kienu spiċċaw f’nofs kontroversja.
Ħafna jiftakru dak li ġara ftit tax-xhur ilu, meta l-ħatra tal-membri tal-ġudikatura kienet spiċċat taħt skrutinju, bil-kritika tkun li l-Prim Ministru għad għandu wisq poter fl-eżerċizzju tal-ħatriet
Infatti l-aktar ħatra reċenti spiċċat saħansitra b’kawża fil-Qrati Maltin.
Fl-istess waqt, tul l-istess laqgħa ġie diskuss l-abbozz tal-liġi dwar l-avukati, bit-temi li tqajmu kienu r-recordings li jinstemgħu fil-Qorti, kif ukoll x’direzzjoni trid tittieħed f’każijiet b’rabta mal-vjolenza domestika.
Il-Kamra tal-Avukati kienet mmexxija mill-President tal-istess Kamra, Louis Degabriele.
//= $special ?>