Żagħżugħ ta’ 25 sena residenti l-Imsida jinsab sofra ġrieħi serji wara li kien involut b’inċident bil-mutur. Stqarrija tal-Pulizija tgħid li l-inċident seħħ ilbieraħ filgħaxija għall-ħabta tat-8p.m. fi Triq tal-Barrani f’Ħal Tarxien.
Mill-ewwel stħarriġ jirriżulta li mutur tat-tip Yamaha R6 misjuq miż-żagħżugħ, kellu impatt ma’ strutturi li qed jintużaw biex jiġi devjat it-traffiku bħala parti minn proġett li għaddej fiz-zona. Fl-inċident kien hemm involuta wkoll tfajla ta’ 19-il sena residenti r-Rabat li kienet passiġġiera fuq il-mutur.
Tim mediku wasal fuq il-post u ta l-ewwel għajnuna lill-vittmi li ttieħdu l-Isptar Mater Dei għall-kura. Iktar tard it-tfajla kienet ċertifikata li qed issofri ġrieħi gravi filwaqt li s-sewwieq kien ċertifikat li qed isofri minn ġrieħi serji.
Il-Maġistrat tal-Għassa Astrid May Grima kienet infurmata bil-każ u ħatret numru ta’ esperti sabiex jassistu fl-inkjesta. Il-Pulizija qed tinvestiga l-inċident.
//= $special ?>