Lokali Transport

16-il vittma tat-traffiku matul l-2019

Kienu b’kollox 16 il-vittmi ta’ inċidenti tat-traffiku bejn Jannar u Diċembru tal-2019. Aktar minn terz ta’ dawn il-vittmi tilfu ħajjithom fl-aħħar tliet xhur tas-sena, fejn rajna sitt fatalitajiet.

Dawn iċ-ċifri ħarġu minn rapport illi ġie ppubblikat illum mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika (NSO).

Iċ-ċifri għall-perijodu Ottubru-Diċembru 2019 juru li l-inċidenti tat-traffiku kienu jammontaw għal 3,841 – żieda ta’ 9.4% meta mqabbel mal-aħħar kwart tal-2018.

L-akbar numru ta’ inċidenti seħħew fil-ġurnata tas-Sibt, u l-aktar lokalità fejn kien hemm l-aktar ammont ta’ inċidenti tat-traffiku kienet Birkirkara.