Lokali

Argument bejn żewġ familji f’Bormla – involuti diversi persuni

L-għassa ta' Bormla (Arkivji, Google Street View)

Il-Pulizija ssejħet f’Bormla biex tintervjeni f’argument bejn żewġ familji li żviluppa għall-ħabta tas-19:30 fl-inħawi tal-Verdala.

Kelliem għall-Pulizija kkonferma dan il-każ ma’ Net News għalkemm ippreċiża li “m’hemmx rapporti ta’ persuni midruba.”

Madankollu dan is-sit jista’ jikkonferma li l-każ hu wieħed maġġuri.

Ikkummenta