Lokali

“Bla qies l-imħabba tagħna għalik” – omm il-ġuvni li weġġa’ t-Tnejn

Aħbar pożittiva hekk kif Karl Grech joħroġ mill-ITU

“Nitlob lill-Mulej jeħilsek minn kull periklu u terġa’ lura d-dar. Inħobbok ibni”.

Huwa dan il-messaġġ li wasslet Josette Grech Darmanin, omm iż-żagħżugħ li weġġa’ bil-mutur nhar it-Tnejn li għadda fit-8pm. Hu spiċċa f’qagħda kritika meta kien involut f’inċident fl-inħawi ta’ fejn qed isir il-proġett ta’ Santa Luċija.

Ommu qalet ukoll, f’messaġġ fuq Facebook, li issa t-tifel inħareġ mill-ITU u jinsab fis-swali s-sofor ta’ Mater Dei. Dan kien sinjal inkoraġġanti għall-familja kollha, anke fid-dawl tal-fatt li hu għamel xi ħin fil-periklu tal-mewt.

“Se ssibna dejjem miegħek fit-tajjeb u l-ħażin. L-imħabba tagħna għalik hi bla limitu”, kitbet Josette fuq Facebook.