L-Organizzazzjoni Dinija għas-Saħħa (WHO), qed tgħid li l-Coronavirus issa infetta aktar min 44,000 persuna madwar id-dinja.
Il-WHO issa qed tirreferi għall-virus bħala COVID-19 fejn CO tirreferei għal Corona, VI tfisser virus, D għal Disease u n-numru 19 li jimmarka s-sena meta feġġ.
Fi stqarrija l-Organizzazzjoni ddeskriviet il-Coronavirus bħala “l-għar għadu li jista’ jkollok” u qalet li huwa ta’ theddida akbar mit-terroriżmu.
Il-WHO ħeġġet lid-dinja biex tistenbaħ u tikkumbatti bl-aktar mod aħrax lil dan il-virus billi tagħmel dak kollu possibbli biex trażżan it-tixrid tiegħu.
Intant, uffiċjali tas-saħħa Ċiniżi esprimew tama li sa April, il-virus ikun ġie kkontrollat, madankollu l-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa hija inqas ottimista.
Kelliem għall-WHO qal li l-ewwel vaċċin kontra l-COVID-19 fadallu mat-tmintax-il xahar biex jitlesta u żied li virus huwa iktar b’saħtu fil-ħolqien ta’ taqlib politiku, soċjali u ekonomiku minn attakk terroristiku.
//= $special ?>