Lokali

Francis Zammit Dimech maħtur temporanjament bħala Segretarju Ġenerali tal-PN

Il-Kumitat Eżekuttiv tal-PN ivvota favur l-isem ta’ Francis Zammit Dimech sabiex iservi bħala Segretarju Ġenerali b’mod temporanju sakemm tidħol fis-seħħ ir-riforma tal-PN; riforma li qed jixpruna Louis Galea.

Zammit Dimech se jkun qed jieħu post Clyde Puli li rriżenja ftit tal-jiem ilu.

L-Eżekuttiv tal-PN qabel li l-laqgħa tissokta nhar is-Sibt li ġej, fejn se jiġi preżentat l-abbozz tar-riforma, li jinkludi bidliet fl-istatut tal-PN.

Il-PN fi stqarrija ħabbar ukoll illi fuq direzzjoni ta’ Adrian Delia, il-proċess ta’ riforma tal-istatut tal-partit se jkun qed jgħaddi għall-istadju finali tiegħu.