Lokali

Id-Deputat Toni Bezzina rilaxxat mill-isptar

Id-Deputat Nazzjonalista Toni Bezzina rritorna mal-familja tiegħu wara erbat’ijiem rikoverat fl-Isptar Mater Dei. Dan wara li ħassu ma jiflaħx.

F’messaġġ fuq il-midja soċjali, il-Perit Bezzina rringrazzja lill-istaff, tobba u konsulenti kollha tal-Emerġenza kif ukoll tal-Cardiac Surgical Ward tad-dedikazjoni tagħhom u tal-paċenzja kbira li ħadu biha tul dawn l-aħħar ijiem.

Irringrazzja wkoll lill-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia, il-Viċi Kapijiet David Agius u Robert Arrigo kif ukoll numru ta’ deputati kollegi tiegħu u uffiċjali oħra li żaruh fl-aħħar jiem.