Ambjent Għawdex Lokali Parlament

Il-Gvern ma ħax ħsieb is-siġar imħawla f’Għawdex fil-Qortin u f’Ta’ Isopu

Fil-ħin tal-mistoqsijiet parlamentari l-Erbgħa ħareġ kif il-Gvern ma saqqiex is-siġar li tħawwlu fil-Qortin tax-Xagħra minn Gvern Nazzjonalista u fl-inħawi tat-Torri ta’ Isopu fin-Nadur, bil-konsegwenza li dawn mietu.

L-unika soljev li offra l-Ministru għal Għawdex, Clint Camilleri, għall-mistoqsija parlamentari tal-Kelliem tal-Oppożizzjoni għal Għawdex, Chris Said, kienet li s-siġar trid tmantnihom meta tħawwilhom, iżda fl-ebda ħin ma ċaħad din l-aħbar.

Ikkummenta