Jeħtieġ li l-Korp tal-Pulizija jaqleb il-paġna sabiex jerġa’ jakkwista l-fiducja tal-poplu. Il-Partit Nazzjonalista stqarr li se jibqa’ jagħmel l-almu tiegħi sabiex din il-fiduċja terġa tinkiseb minnufih.
Dan qalu fi stqarrija ffirmata minn Beppe Fenech Adami, Kelliem tal-Oppożizzjoni dwar is-Sigurtà Nazzjonali u l-Ġlieda kontra l-Kriminalità li qal li l-Partit Nazzjonalista qiegħed isegwi mill-qrib l-iskandlu ta’ korruzzjoni u abbuż li qed jiżviluppa fil-pajjiż bħalissa.
Il-Korp tal-Pulizija jinsab għaddej minn mumenti ferm diffiċli fejn huwa evidenti issa li l-kultura ta’ impunità u protezzjoni tal-korrotti saħansitra għerriet din l-istituzzjoni tant importanti għal pajjiżna.
Il-Partit Nazzjonalista sellem lil ħafna pulizija onesti li ta’ kuljum jagħmlu xogħolhom li bħalissa jħossuhom ferm ittraduti mill-ftit fosthom.
L-istqarrija temmet bl-appell tal-Partit Nazzjonalista lill-Gvern sabiex jaċċetta it-talba tiegħu li l-ħatra tal-Kummissarju ġdid issir b’kunsens u b’mekkaniżmu miftiehem mal-Oppożizzjoni.
//= $special ?>