Lokali

“Ir-riforma u t-tiġdid għandhom ifissru bidla fil-mentalità” – Adrian Delia

“Ir-riforma u t-tiġdid għandhom ifissru bidla fil-mentalità… irridu nkunu eqreb lejn in-nies.. il-politiċi qegħdin hemm biex iservu lin-nies u jgawdi kulħadd”

Sostna dan il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia meta kien qed jiġi intervistat minn Reno Bugeja waqt il-programm Dissett fuq ix-xandir nazzjonali.

Adrian Delia sosna li aħna qegħdin fil-politika għax aħna tal-poplu, qegħdin hemm biex inservu. Il-Partit Nazzjonalista jrid ikun il-vuċi ta dawk li jibżgħu jitkellmu. Il-PN irid ikompli jagħmel analiżi tiegħu nnifsu.. kif ikun iktar umli u qrib in-nies.

Id-demorazija hija xi ħaġa li l-PN iġġieled għaliha u allura jrid ikun hu stess li jwettaqha fil-prattika. Aħna rridu ninterpreraw x’qed jgħidu s-surveys imma wkoll lin-nies.

Adrian Delia ammetta li l-PN għadu ma għamilx it-tibdil kollu li kellu jagħmel, fejn l-ikbar riforma għandha tkun li tinbidel l-atitudni tal-politiċi, fejn jinżlu fit-toroq man-nies u jifhmu l-problemi tagħhom.

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista saħaq li mill-Oppożizzjoni irridu naraw kif nikritikaw lill Gvern b’mod kostruttiv u nibdew nirbħu l-fiduċja tan-nies.

Fuq l-istorja xokkanti tal-Pulizija li ġiet żvelata f’dawn l-aħħar sigħat, Adrian Delia qali li għal darb oħra r-reputazzjoni ta’ pajjiżna qed tkun imtappna. Il-PN qed jerġa’ jgħid lill-Prim Ministru Robert Abela sabiex jagħzel kummissarju tal-Pulizija li verament jixraq lill-pajjiżna.

Il-Gvern f’dawn l-aħħar sentejn u nofs għamel diversi attakki fuq l-istituzzjonijiet… fejn il-PN kien dejjem preżenti fil-Parlament u fil-glieda favur il-liberta tal-informazzjoni.Adrian Delia temm jgħid li huwa jemmen li l-politka t-tajba hija dik tal-perswazjoni fejn hu għandu obbligu li jipproteġi lill-partit tiegħu.