Lokali

L-awtoritajiet Franċiżi jiftħu investigazzjoni dwar Yorgen Fenech

L-Uffiċċju tal-Prosekutur Finanzjarju ta’ Franza formalment fetaħ investigazzjoni preliminari fil-konfront ta’ Yorgen Fenech, li hu magħruf li kellu diversi interessi kummerċjali fil-pajjiż.

L-allegazzjonijiet li qed ikunu investigati jirrigwardjaw allegazzjonijiet li uża d-dħul tiegħu fi Franza biex bihom ħaxxem uffiċjali pubbliċi f’Malta.

Jidher li l-każi allegati u l-ħlasijiet li qed jissemmew, saru biex Yorgen Fenech u l-konsorzju li kien involut fih jiksbu l-kuntratt tal-power station tal-gass f’Dellimara.

L-investigazzjoni bdiet wara li l-familja tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia u l-grupp Reporters Without Borders talbuha lura f’Diċembru.

Jirriżulta li Yorgen Fenech kien idaħħal mijiet ta’ eluf ta’ ewro fis-sena mil-lukanda Hilton f’Evian-les-Bains kif ukoll minn stalla taż-żwiemel li kien is-sid tagħhom.

Fi stqarrija, l-Uffiċċju tal-Prosekutur iddikjara li “l-qtil ta’ ġurnalista fl-Ewropa ma jistax jibqa’ għaddej qisu mhu xejn” u li “l-awtoritajiet ġudizzjarji jridu jinvestigaw u jgħinu biex tinkixef il-verità dwar jekk l-assi ta’ Fenech fi Franza għenux biex sar dan ir-reat.”