Edukazzjoni Lokali

L-edukazzjoni hija dritt fundamentali għal kulħadd

Fid-dawl ta’ diversi rapporti li ħarġu fil-media fejn tfal kellhom jintbagħtu lura d-dar għax ma kellhomx LSA, fi stqarrija maħruġa mill-Uffiċċju għall-Kummissarju għat-Tfal intqal li l-Konvenzjoni tal-Ġnus Magħquda tigarantixxi d-dritt għall-edukazzjoni tajba lit-tfal Kollha.

Il-Konvenzjoni tenfasizza wkoll li t-tfal b’diżabbilta għandhom ikollhom aċċess effettiv għall-edukazzjoni. L-Uffiċċju tal-Kummissarju għat-Tfal huwa mħasseb dwar is-sitwazzjoni ta’ dawk it-tfal li m’humiex jitħallew imorru l-iskola jekk, għal xi raġuni jew oħra, il-Learning Support Educator ma tirraportax għax-xogħol.

L-Edukazzjoni hija dritt fundamentali u għalhekk l-Uffiċċju jħeġġeġ l-awtoritajiet biex jaħdmu flimkien sabiex isibu soluzzjoni li ma jkollhiex impatt negattiv fuq it-tfal.