F’dibatitu parlamentari dwar il-liġi li temenda l-att dwar Infrastruttura Malta, il-whip Laburista, Glenn Bedingfield, qal li fl-Isla jkun hemm pogrom sħiħ ta’ karozzi u xarabanks fix-Xatt tal-Isla meta jidħol xi cruise liner
Hawn ta x’jifhem li l-immaniġjar tat-traffiku fl-Isla f’ċirkostanzi simili huwa ineżistenti u appella għall-immaniġjar aħjar. Bedingfield ilmenta ukoll b’nuqqas ta’ faċilitajiet għall-balklori kemm il-Birgu, l-Isla u l-Belt.
Fid-diskors tiegħu, il-whip Laburista lmenta ukoll b’intejjen kbar ġejjin mit-tank cleaning farm fir-Rinella, għad-detriment tan-nies tal-Kalkara. Jidher li f’dan il-każ, il-Gvern mhux jagħmel biżżejjed biex jinforza hekk kif il-multi li qed jimponi l-Gvern fuq l-operatur mhu jiswa xejn.
//= $special ?>