Lokali

Rappurtaġġ żbaljat mill-MaltaToday

B’referenza għall-artiklu ppubblikat fuq il-paġna ta’ quddiem tal-gazzetta MaltaToday, fi stqarrija il-Partit Nazzjonalista saħaq li l-figura kwotata hija kompletament żbaljata. 

Filwaqt li hemm ammont ta’ flus dovut, dan l-ammont huwa ħafna inqas mill-ammont li qed jiġi kkwotat. Id-dejn li akkumulat matul is-snin minn dakinhar ġie mnaqqsa minn sena għal oħra wara pjan ta’ finanzjament. 

Sal-lum, il-ħlasijiet kollha qed jiġu mħarsa u l-Parti m’għandu l-ebda diffikultà finanzjarja biex ikompli jissodisfa l-obbligi finanzjarji tiegħu.

B’referenza għall-ħlas lura taċ-Ċedoli, il-Partit Nazzjonalsita jassigura li dawk kollha li ħadu sehem f’din l-iskema, il-Parti m’għandu l-ebda problemi fil-livelli kollha fl-obbligi tiegħu. 

Fir-rigward tat-telf għas-sena 2019 għal Media.Link, dan l-ammont huwa kompletament infondat. Il-pjan ta’ ristrutturar għal Media.Link u l-kumpanija qed inaqqas it-telf ta’ kull sena.