Lokali Parlament

Robert Abela ma jeskludix li xi deputat tiegħu għandu konsulenza ma’ stat ieħor

Il-Prim Ministru Robert Abela

Bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari tad-deputat Nazzjonalista, Jason Azzopardi, il-Prim Ministru, Robert Abela, la ċaħad kategorikament u lanqas eskluda jekk xi deputat tiegħu fil-grupp parlamentari Laburista għandu xi konsulenza ma’ xi Gvern jew entità oħra ta’ xi stat barrani.

Ir-raġuni li ta l-Prim Ministru Laburista kienet li kull deputat parlamentari għandu jaqdi d-dmirijiet u r-responsabbiltajiet fil-kariga li jokkuppaw fl-ogħla istituzzjoni tal-pajjiż.