Biex il-Partit Nazzjonalista jirbaħ l-elezzjoni… irid jinfetaħ għan-nies… irid jiġġedded.. irid jifhem fejn huma d-difetti, nirrikonoxxuhom u ndaħlu aktar nies ġodda.
Dan qalu il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia, waqt li kien intervistat minn Darren Marmara fuq Smash Television.
Fost il-mistoqsijiet li wieġeb, Adrian Delia tkellem dwar l-isfidi li qed jiffaċċja l-Partit Nazzjoanlista fosthom is-sitwazzjoni finanzjarja, fejn qal li dan id-dejn ilu hemm is-snin iżda sar ħafna xogol biex ikunu identifikati modi biex dawn id-djun jinfdew, filwaqt li fakkar li il-Partit Nazzjonalista għandu wkoll ħafna assi.
Adrian Delia tkellem dwar dak li wassal biex il-Partit Nazzjonalista tilef il-Gvern wara 25 sena fil-Gvern.
Hu qal li l-PN irid jirrealizza li m’għadux fil-Gvern u li l-partit hu tat-tesserati.
Adrian Delia saħaq li hu se jkompli bil-ħidma tiegħu biex jissalvagwardja lill-Partit Nazzjonalista.
Dan sabiex il-Partit Nazzjonalista jerġa jkun tal-poplu kollu u jerġa jkun il-vuċi ta’ dawk li mhumiex jinstemgħu.
//= $special ?>
