Ambjent Għawdex Lokali Parlament

Tender ta’ Triq l-Imġarr in-Nadur maħruġ qabel saru t-testijiet ġeoloġiċi u d-disinn

Ritratt: Martin Agius
Ix-xogħlijiet f'dina t-triq ilhom weqfin sena u nofs

F’mistoqsija parlamentari tal-Kelliem tal-Oppożizzjoni għal Għawdex, Chris Said, ħareġ kif it-tenders tal-proġett tat-Triq l-Imġarr fin-Nadur, it-triq li minn dan ir-raħel terħila lejn ix-Xatt tal-Imġarr, ħarġu qabel ma saru d-disinn u t-testijiet ġeoliċi ta’ dina t-triq.

Ix-xogħlijiet f’dina t-triq ilhom wieqfin prattikament sena u nofs għaliex skont il-Ministru għal Għawdex, Clint Camilleri, ix-xogħlijiet ta’ skavar kellhom jieqfu minħabba li nstab xi tafal partikolari. Għalhekk, in-Nadurin ilhom minn Settembru 2019 imċaħħda mill-aċċess dirett minn u lejn il-port tal-Imġarr.

Huwa qal li qed isiru l-istudji u t-testijiet ġeoloġiċi fuq il-qagħda tat-triq u kif se tinbena. Iżda mbagħad, f’ Mejju 2019, il-Ministeru għal Għawdex ħareġ it-tender għall-kostruzzjoni tat-triq ta’ aktar minn €7 miljun, liema tender ingħata imbagħad fis-16 ta’ Lulju tal-istess sena, meta t-testijiet ġeoloġiċi u d-disinn tat-triq għadhom qas huma konklużi.