Ekonomija Lokali

Familji jesperjenzaw żidiet fil-kont tad-dawl

"Il-Gvern kisser l-inċentivi li ddaħħlu snin ilu"

F’dawn l-aħħar ġimgħat, diversi familji – partikolarment dawk li għandhom pannelli fotovoltajċi fuq il-bejt – esperjenzaw żidiet fil-kont tal-elettriku maħruġ mill-ARMS. Dan jidher li kien dovut l-aktar għall-fatt li kien hemm bidla fir-rati li jitħallsu mill-Gvern għall-kull unit ta’ elettriku li jipproduċu l-pv panels.

Skont analiżi li għamel Net News, jidher li sas-sena li għaddiet ħafna djar kienu jitħallsu 22ċ għal kull unit li tintefa’ fil-grid nazzjonali tal-enerġija. Dawn il-flus kienu jinqatgħu direttamenti mill-kont tad-dawl.

Issa, jirriżulta li dan il-ħlas għal min għandu l-pannelli naqas drastikament.

Kontijiet li waslu għandna juru li r-rata ta’ ħlas, minn 22ċ niżlet għal 7ċ. B’mod prattiku, il-ħlas lura għall-familji ħa daqqa kbira. U dan qed ikun rifless f’kontijiet aktar għoljin.