Lokali

Il-President jidħol l-isptar għal intervent minuri

Il-President George Vella se jidħol l-Isptar Mater Dei nhar il-Ġimgħa 14 ta’ Frar biex isirlu intervent kirurġiku minuri li kien ippjanat bil-quddiem u li jrid isir taħt anestesija ġenerali. 

Il-President mhux se jkun jista’ jwettaq id-doveri tiegħu bejn l-14 u l-15 ta’ Frar, 2020. Matul dawn il-jumejn, is-Sinjura Dolores Cristina se tkun qed tassumi l-kariga ta’ Aġent President tar-Repubblika.