Lokali

“Mhux il-Pulizija kollha huma ħżiena”

Wara li fl-aħħar sigħat il-Korp tal-Pulizija inħakem minn mewġa ta’ stejjer skandalużi, fosthom dwar Pulizija li ħadu l-eluf ta’ ewro f’overtime li m’għamlux, stejjer ta’ frodi, ta’ abbużi u anke ta’ Pulizija li ħarġu ‘bis-sick’ għal żmien indefinit, l-eks Kummissarju tal-Pulizija John Rizzo fuq Facebook tella’ ritratt li jgħid li mhux il-Pulizija kollha huma ħżiena, u li wieħed m’għandux jiġġudika lil kulħadd skont l-azzjonijiet tal-ftit.

Il-post ta’ John Rizzo wara li l-Korp intlaqat minn mewġa ta’ stejjer skandalużi

John Rizzo serva bħala Kummissarju tal-Pulizija għal tnax-il sena, u xahar biss wara li ġie elett Gvern Laburista fl-2013, hu tneħħa mill-kariga.

Rizzo jibqa’ msemmi għall-mod eżemplari kif dejjem wettaq il-ħidma tiegħu bħala Kummissarju tal-Pulizija.

Ikkummenta