Lokali

Raġel milqut minn vettura fil-Birgu

Raġel ta’ 79 sena, residenti l-Fgura, sofra ġrieħi gravi kawża ta’ inċident tat-traffiku fil-Birgu.

Kmieni dalgħodu, għall-ħabta tad-disgħa u nofs (0930hrs), il-Pulizija ġiet infurmata li kien seħħ inċident tat-traffiku fi Triq San Dwardu, l-Birgu u kien hemm bżonn l-assistenza tagħha u dik medika.

Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari li sar, irriżulta li r-raġel ta’ 79 sena safa’ milqut minn vettura ta’ tip Skoda Felicia misjuqa minn raġel ta’ 82 sena residenti l-Kalkara.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku li ta l-ewwel għajnuna, waqt li r-raġel ittieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza. Iktar tard ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.