Internazzjonali Saħħa

Tħassib li ċ-Ċina qed taħbi ċ-ċifri reali tal-vittmi ta’ CoViD-19

Wara li lbieraħ in-numru ta’ mwiet irrappurtati fiċ-Ċina kawża tal-Coronavirus kienu dehru li qed jonqsu u l-Gvern ta’ Beijing kien beda juri t-tama li l-virius kien beda jnaqqas mis-saħħa tiegħu, fl-aħħar 24 siegħa, kienu rrappurtati 242 mewt oħra kaġun tal-virus, li issa qed jissejjaħ Covid-19.

Dawn kienu kollha mwiet rappurtati fil-provinċja ta’ Hubei fil-jum tal-Erbgħa, li kien ukoll l-għar jum minn mindu faqqa’ il-virus.

Kienet irrappurtata wkoll żieda qawwija fin-numru ta’ każi ġodda, hekk kif inbidel il-mod kif qed issir id-dijanjożi tal-pazjenti.

Fil-provinċja ta’ Hubei biss issa hemm mas-60,000 persuna infettata u n-numru ta’ mwiet qabeż l-1,350.

Intant is-Segratarju tal-Partit Komunista f’Hubei, Jiang Chaoliang tkeċċa, x’akarx b’rabta mal-firxa tal-virus. Aktar kmieni din il-ġimgħa, għadd ta’ uffiċjali tas-saħħa f’Hubei ukoll tkeċċew minn xogħolhom.