Lokali

AĠĠORNAT: Alfred Degiorgio jtemm l-istrajk tal-ġuħ f’Kordin

Alfred Degiorgio, il-Fulu, waqaf mill-istrajk tal-ġuħ wara jiem jagħmel dan. Dan wara li skont rapporti hu u ħuh qed jinżammu maqfula fiċ-ċella tagħhom għal aktar minn 25 siegħa. Dan sar sabiex ikun evitat konflitt ma’ ħabsin oħra li jinsabu fl-istess divizjoni tagħhom.

Huwa beda l-istrajk tiegħu wara li fittex li jkun trasferit mid-diviżjoni tiegħu jew inkella li priġunier ieħor mid-diviżjoni tiegħu jiġi trasferit għal diviżjoni separata. Din it-talba ma ġietx aċċettata mill-awtoritajiet tal-ħabs.

Kollox beda meta David Nobert Schembri, li qed jinżamm miżmum il-ħabs għal għomru weġġa’ lil ħu Alfred, George (iċ-Ċiniż) b’kontenitur tal-kafè. Dan l-inċident seħħ f’Awwissu tas-sena l-oħra.

L-avukat ta’ Degiorgio, William Cuschieri kien qal lil MaltaToday li wara dan l-inċident, numru ta’ priġunieri taw xebgħa lil Schembri.