Lokali

“Bħas-snin ta’ qabel se nqatta’ Jum San Valentinu miegħek” – il-koppja involuta f’inċident ikrah bil-mutur

It-tfajla li kienet involuta f’inċident ikrah bil-mutur f’Santa Luċija, waqt li kienet riekba mal-maħbub tagħha, esprimiet l-imħabba tagħha lejh.

F’Jum San Valentinu, Semira Borg indirizzat lil Karl u qaltlu kemm hi kuntenta li bħas-snin ta’ qabel se tiċċelebrah miegħu u miegħu biss.

Karl għadu rikoverat fl-Isptar Mater Dei għalkemm fortunatament saħħtu qalbet għall-aħjar u tinsab stabbli wara li fis-sigħat li segwew l-inċident hu kien fil-periklu tal-mewt.

“Ma nimmaġinax ħajti mingħajrek,” qaltlu Semira, li fissret lil Karl bħala ż-żagħżugħ li għenha billi fetħilha toroq ġodda, biex bis-saħħa tiegħu waslet kull fejn xtaqet u li qabel ma jaraha kuntenta ma kienx ikun sodisfatt.