Lokali Saħħa

Futur inċert għall-ħaddiema tal-kċina ta’ Mount Carmel

L-isptar Monte Karmeli

Solidarjetà Ħaddiema Partit Nazzjonalista magħrfa li l-kċina li għada kif ġiet rinovata ġewwa Mount Carmel u ġiet tiswa miljuni minn fondi pubblici, mit-taxxi tal-ħaddiema Maltin, issa ser tingħalaq wara is-26 ta’ Frar.

SHPN tistaqsi lil Gvern jekk dan hux vera. Tistaqsi wkoll jekk vera x’ser jiġri mit-30 ħaddiema li jaħdmu hawn. Tistaqsi minn fejn issa ser jiġu tmati is-700 pazjent ġewwa Mount Carmel?

SHPN turi solidarijetà mal-ħaddiema tal-kċina ta’ Mount Carmel għax sa issa ħadd ma infurmahom x’ser jiġri minnhom.

Għal darba oħra il-Gvern tal-labour juri li l-ħaddiema mhux prijorità għalih.

Gvern li jaħdem minn wara dar il-ħaddiema minflok għalihom u magħhom.

Din l-azzjoni taffetwa b’mod negattiv kemm lill-ħaddiema li m’għandhomx idea fuq il-futur tagħhom u tal-familji tagħhom, pero wkoll lill-pazjenti tal-isptar Mount Carmel.