Lokali

Il-Ministru jammetti li kien jaf b’kollox

Il-Ministru Michael Farrugia jammetti – kien jaf bl-iskandlu tal-ħlasijiet abbużivi fil-Korp tal-Pulizija. Iżda hu, farfar fuq min awtorizza dan l-overtime.

Meta kien qed iwieġeb id-domandi tal-ġurnalisti, Michael Farrugia farfar ukoll fuq l-eks Kummissarju għaliex skont hu…mal-ewwel irrappurtalu l-allegazzjonijiet li kienu qed isiru. F’ħin minnhom iżda, stqarr li r-rapporti dwar l-overtime kienu ilhom jaslu is-snin.

L-eks Ministru tal-Pulizija, illum responsabbli mill-Energija, stqarr li hu mhu se jerfa’ l-ebda responsabbilta’….għaliex xogħlu għamlu. Ghħlkemm sa issa, wara dawn il-ġimgħat kollha, lanqas ħadd għadu ma tressaq il-Qorti akkużat b’dawn l-abbużi fil-Korp tal-Pulizija. Apparti l-kwistjoni tal-overtime, kien hemm ukoll ħlasijiet li allegatament għaddew għand Pulizija sabiex jinħafru ċitazzjonijiet. Dawn il-ħlasijiet abbużivi, ilaħħqu l-eluf.

Ikkummenta