Lokali

Il-Ministru Owen Bonnici umiljat minn Pieter Omtzigt

Prime Minister Robert Abela meets Mr Pieter Omtzigt, rapporteur of the Parliamentary Assembly of the Council of Europe Auberge de Castille, Valletta

L-eks Ministru tal-Ġustizzja Owen Bonniċi spiċċa umiljat mill-MEP Pieter Omtzigt waqt laqgħa li dan tal-aħħar kellu mal-Prim Ministru Robert Abela u membri tal-kabinett f’Kastilja.

Wara diskors twil kollu ftaħir minn Robert Abela, Omtzigt fetaħ id diskors tiegħu billi dar lejn Owen Bonnici u fakkru li għamel snin bħala Ministru tal-Ġustizzja imma ma ħa l-ebda azzjoni biex jimplimenta r-rakkomondazzjonijiet tar-rapport tal-Kummissjoni Venezja.

Omtzigt kompla billi qal li għalkemm id-diskors twil mill-PM, Abela, ma sabx ħin biex imqar jagħmel referenza għall-assasinju tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia. Huwa innutali li dawk kollha preżenti kienu kollha fil-kabinett jew kienu u għadhom esponenti tal-Gvern meta saħħ dan l-omiċidju.

Huwa qal li minkejja li bdew jiġu implimenati xi rakkomandozzjonijet tal-Kummissjoni Venezja, il-maġġoranza tal-implimentazzjonijiet għadhom ma sarux tant li qed toqrob pubblikazzjoni oħra tar-rapport li jmiss tal-istess Kummissjoni.

Intant waqt li kien qed jindirizza lill-Gvern, Omtzigt irrimarka li fl-istorja twila tal-Unjoni Ewropea Malta saret waħda mill-uniċi każijiet fejn il-Kummissjoni Venezja ġiet appuntata b’mod partikolari biex tħares biss lil xi pajjiż.

Ikkummenta